Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Settembru 2008 – HUP Uslugi Polska vs UASI – Manpower (I.T.@MANPOWER)
(Kawża T-248/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali I.T.@MANPOWER – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru distintiv – Nuqqas ta’ karattru deskrittiv – Nuqqas ta’ sinjali jew ta’ indikazzjonijiet li jkunu saru użanza – Nuqqas ta’ sinjal ta’ natura li jista’ jqarraq lill-pubbliku – Artikolu 7(1)(b) sa (d) u (g), u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(b) sa (d) u (g), u 51(1)(a)) (ara l-punti 43-45, 52-54, 60-63, 66-68)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ April 2005 (Każ R 124/2004-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn MP Temporärpersonal GmbH u Manpower Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li għaliha saret it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali I.T.@MANPOWER għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 861559
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Manpower Inc.
Parti li għamlet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
MP Temporärpersonal GmbH
Bażi legali tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 40/94, flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) sa (d) u (g) tal-istess regolament
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
HUP Uslugi Polska sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy