Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Lulju 2009 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑259/05)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Kittien tal-fibra – Qanneb – Banana – Rapport tal-OLAF – Rapport tal-Qorti tal-Awdituri – Laqgħa bilaterali msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali – Prattika abbużiva – Eżistenza ta’ dannu finanzjarju għall-FAEGG”
1. Proċedura - Terminu għall-produzzjoni tal-provi - Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Kamp ta’ applikazzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 44(1)(e), 48(1) u 66(2)) (ara l-punti 62-64)
2. Proċedura - Preżentazzjoni ta’ motivi ġodda matul il-kawża - Kundizzjonijiet - Motiv ġdid - Kunċett (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 68)
3. Proċedura - Provi prodotti - Terminu - Provi ppreżentati tard - Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 70-72)
4. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut definittiv li jiġi kopert ċertu nfiq - Neċessità ta’ proċedura kontradittorja minn qabel (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8) (ara l-punti 81-89, 191-198)
5. Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Kittien u qanneb - Għajnuna għall-produzzjoni tal-kittien tal-fibra - Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ prattiki abbużivi minkejja l-osservanza formali tal-kundizzjonijiet għall-għoti - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 8; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1164/89, it-tielet premessa, u Nru 1469/94, it-tieni premessa) (ara l-punti 94-99)
6. Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Kittien u qanneb - Għajnuna għall-produzzjoni tal-kittien tal-fibra - Elementi li jikkostitwixxu prattika abbużiva (Regolament tal-Kunsill Nru 1308/70) (ara l-punti 102-109)
7. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut li jiġi kopert infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat - Oneru tal-prova (ara l-punti 112, 154)
8. Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Prinċipji - Rifjut li jiġi kopert infiq irregolari - Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru (ara l‑punti 114, 115)
9. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut li jiġi kopert infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Korrezzjoni finanzjarja mhux magħmula mill-Kummissjoni għal sena finanzjarja speċifika minkejja l-konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet - Nuqqas ta’ effett fuq id-dritt li ssir korrezzjoni għal sena finanzjarja ulterjuri (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70) (ara l-punt 116)
10. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Setgħa ta’ kontroll tal-Kummissjoni fir-rigward tar-regolarità tal-infiq - Konstatazzjoni mill-Kummissjoni ta’ irregolaritajiet li jmorru lil hinn minn dawk ipprovati quddiem qorti kriminali nazzjonali - Ammissibbiltà (ara l-punt 174)
11. Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Prinċipji - Obbligi tal-Istati Membri - Adozzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza u ta’ kontroll - Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru (ara l-punti 208-211)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/354/KE, tad-29 ta’ April 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 112, p. 14).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/354/KE, tad-29 ta’ April 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija”, hija annullata sa fejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju l-infiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja taħt l-għajnuna mogħtija għall-produzzjoni tal-qanneb fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 1996/1997 sa 1999/2000.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy