Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (L‑Ewwel Awla) tat‑8 ta’ Settembru 2009 – AceaElectrabel vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑303/05)
“Għajnuna mill-Istat – Settur tal-enerġija – Għajnuna għall-investiment għall-bini ta’ netwerk ta’ tisħin urban – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas‑suq komuni – Obbligu għall-impriża benefiċjarja li l-ewwel tirrimborsa għajnuna preċedenti ddikjarata illegali u inkompatibbli – Kunċett ta’ unità ekonomika”
1. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni tal‑Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Karatterizzazzjoni tal‑effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri (Artikoli 87(1) KE u 253 KE) (ara l-punti 42-45, 51)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Miżura favur attività lokali f’settur ekonomiku li kien is-suġġett ta’ liberalizzazzjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l‑punti 59-61, 70, 71)
3. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni - Setgħa diskrezzjonali tal‑Kummissjoni (Artikoli 87(3) KE u 88 KE) (ara l-punti 101-103, 110)
4. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Deċiżjoni tal‑Kummissjoni li tissuġġetta l-awtorizzazzjoni li titħallas għajnuna għall‑kundizzjoni li l-ewwel l-impriża kkonċernata tirrimborsa għajnuna preċedenti li hija rċiviet illegalment (Artikoli 87(3)(ċ) KE u 88(2) KE) (ara l-punti 165-167)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/598/KE, tas-16 ta’ Marzu 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja – ir-reġjun tal-Lazio – beħsiebha timplementa favur it-tnaqqis tal-emmissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra (ĠU 2006, L 244, p. 8).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
AceaElectrabel Produzione SpA hija kkundannata għall-ispejjeż, bl‑eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fil-punt 3 hawn taħt.
3)
Electrabel għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill‑Kummissjoni minħabba l-intervent tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy