Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Jannar 2008 – Scippacercola u Terezakis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-306/05)
“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Ħlasijiet allegatament eċċessivi imposti mill-operatur ta’ l-ajruport internazzjonali ta’ Ateni – Ċaħda ta’ l-ilment – Nuqqas ta’ interess Komunitarju”
1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni li tagħlaq proċedura miftuħa wara lment dwar ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni (Artikolu 230 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 3(2)(b), u Nru 1/2003, Artikolu 7(2)) (ara l-punti 66-70)
2. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Eżami ta’ l-ilmenti – Iffissar ta’ prijoritajiet mill-Kummissjoni (Artikoli 81 KE, 82 KE, 85(1) KE u 253 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 3(2), u Nru 1/2003, Artikolu 7(2)) (ara l-punti 91-97, 129-130, 149, 174, 180, 191-192)
3. Rikors għal annullament – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni li ma titteħidx azzjoni fir-rigward ta’ lment dwar kompetizzjoni – Ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ teħid ta’ pożizzjoni fuq wieħed mill-aspetti ta’ l-ilment – Ommissjoni li taqa’ taħt rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Rikors mingħajr skop fir-rigward ta’ l-imsemmi lment (Artikoli 230 KE u 232 KE) (ara l-punt 160)
4. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Eżami ta’ l-ilmenti – Teħid in kunsiderazzjoni ta’ l-interess Komunitarju marbut ma’ l-investigazzjoni ta’ każ – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 3(2), u Nru 1/2003, Artikolu 7(2)) (ara l-punti 133-134, 148, 187, 189)
Suġġett
Talba għal annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2005 adottata skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 81 sa 82 KE (ĠU 2004, L 123, p. 18), li tiċħad l-ilment Nru KOMP/D3/38469 dwar il-ġbir ta’ ċertu ħlas mill-operatur ta’ l-Ajruport Internazzjoni ta’ Ateni fi Spata u mill-Olympic Fuel Company.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Isabella Scippacercola u Ioannis Terezakis huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy