Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 – Il‑Kummissjoni vs Alexiadou
(Kawża T‑312/05)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt li jikkonċerna proġett ta’ żvilupp ta’ teknoloġija għall-produzzjoni ta’ ġlud impermeabbli – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt – Rimbors tal-ammonti mħallsa – Interessi moratorji – Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament – Proċedura fil-kontumaċja”
Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt li jipprovdi għajnuna finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta’ proġett fil-qasam tal-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 41-44, 55-57, 60)
Suġġett
Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 238 KE intiż li jikseb ir‑rimbors tal-ammont ta’ EUR 23 036.31 imħallsa minn din tal-aħħar lill-konvenuta fil-kuntest ta’ kuntratt li jikkonċerna proġett ta’ żvilupp ta’ teknoloġija maħsuba għall-produzzjoni ta’ ġlud impermeabbli (Kuntratt G1ST-CT-2002-50227), flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
Efrosyni Alexiadou hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 23 036.31, flimkien mal-interessi moratorji:
– bir-rata ta’ 5.25 % fis-sena, li tibda tgħodd mill-1 ta’ Marzu 2003 sal-31 ta’ Awwissu 2005;
– bir-rata legali annwali applikabbli skont il-liġi Belġjana, b’rata ta’ mhux iktar minn 5.25 % fis-sena, li tibda tgħodd mill-1 ta’ Settembru 2005 sa meta d-dejn jitħallas kollu.
2)
Efrosyni Alexiadou hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy