Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008 – Coffee Store vs UASI (THE COFFEE STORE)
(Kawża T-323/05)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali THE COFFEE STORE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 42-43)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Ġunju 2005 (Każ R 855/2004-2), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali THE COFFEE STORE bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
The Coffee Store GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali THE COFFEE STORE għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 30, 32 u 43
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
The Coffee Store GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy