Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ April 2012 — Movimondo Onlus vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-329/05)
“Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim qafas ta’ sħubija bejn l-ECHO u organizzazzjonijiet bi skop umanitarju — Ftehim ta’ sussidju — Sospensjoni tal-ħlas”
1. Proċedura — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim qafas ta’ sħubija bejn l-Uffiċċju Ewropew għall-Għajnuna Umanitarja (ECHO) u organizzazzjonijiet bi skop umanitarju — Proċedura ta’ konċiljazzjoni minn qabel qabel il-preżentata tar-rikors — Assenza ta’ implementazzjoni tal-imsemmija proċedura mill-partijiet — Nuqqas ta’ qbil li ma setax jiġi solvut bonarjament — Ammissibbiltà (Artikolu 272 TFUE) (ara l-punti 17 u 18)
2. Il-Kummissjoni — Kompetenzi — Implementazzjoni tal-baġit Komunitarju — Deċiżjoni ta’ rkupru permezz ta’ kumpens — Bilanċi dovuti mill-Unjoni skont il-ftehim ta’ sussidju konklużi fil-kuntest ta’ ftehim qafas bejn l-Uffiċċju Ewropew għall-Għajnuna Umanitarja (ECHO) u organizzazzjonijiet bi skop umanitarju — Effett retroattiv tal-kumpens minn meta jitwettqu l-kundizzjonijiet li jippermettu li jiġi implementat — Konsegwenzi (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 73; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 83) (ara l-punt 40)
3. Rikors għal annullament — Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja — Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE, 272 TFUE u 288 TFUE) (ara l-punti 44, 45)
Suġġett
Prinċipalment, rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 238 KE sabiex jinkiseb il-ħlas tal-ammonti dovuti skont ftehim ta’ sussidju u, sussidjarjament, rikors għall-annullament ta’ żewġ ittri tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju u tas-27 ta’ Lulju 2005.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Movimondo Onlus — Organizzazione non governativa di cooperazione e solidarietà internazionale hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy