Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009 – Spanja vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑341/05)
“Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib – Tneħħija ta’ ħlas lura fuq il-prodotti kollha tal-ħalib lejn Ceuta u Melilla – Kundizzjonijiet – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità”
Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Ħalib u prodotti tal-ħalib - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1255/1999, Artikolu 31(2)(ċ) u (3); Regolament tal‑Kummissjoni Nru 909/2005) (ara l-punti 21, 38, 48, 49, 69, 72, 74, 94-96)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2005, tas-16 ta’ Ġunju 2005, li jistabbilixxi l-ħlas lura għall-esportazzjoni fis-settur tal‑ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 154, p. 10), sa fejn l-anness tiegħu jinkludi lil Ceuta u lil Melilla fost id-destinazzjonijiet miġbura taħt il-kodiċi ta’ destinazzjonijiet L 01.
Dispożittiv
1)
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2005, tas-16 ta’ Ġunju 2005, li jistabbilixxi l-ħlas lura għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, huwa annullat sa fejn jinkludi lil Ceuta u lil Melilla fost id-destinazzjonijiet miġbura taħt il-kodiċi ta’ destinazzjonijiet L 01.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy