Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Mejju 2007 – Henkel vs UASI – SERCA (COR)
(Kawża T-342/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali COR – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tinkludi l-element verbali “dor” f’karattri gotiċi – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)( b)) (ara l-punti 52-54)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI ta’ l-14 ta’ Lulju 2005 (Każ R 556/2003-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Henkel KGaA u Serra Y Roca, SA (SERCA).
Informazzjoni dwar il-kawża
Il-parti li qed titlob it-trade mark Komunitarja:
Serra Y Roca, SA (SERCA)
It-trade mark Komunitarja kkonċernata:
It-trade mark verbali COR għal prodotti fil-klassi 3 – applikazzjoni Nru 1284470
Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Henkel KGaA
It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
It-trade mark nazzjonali figurattiva “dor” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 21
Id-deċiżjoni tad-diviżjoni ta’ l-oppożizzjoni:
Ċaħda ta’ l-oppożizzjoni għal prodotti fil-klassi 3
Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Ċaħda tar-rikors
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy