Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 –
Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-344/05)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Laħam taċ-ċanga u tal-vitella – Ħlas għall-estensifikazzjoni – Uċuħ tar-raba’ li jinħartu – Frott u ħxejjex – Għajnuna għat-trasformazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa ta’ 100 % – Proporzjonalità”
1. Agrikoltura - FAEGG - Għoti ta’ għajnuna u ta’ premiums - Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post - Portata - Kontrolli mhux affidabbli - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-Fond (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 74, 75, 269, 270)
2. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat - Oneru tal-prova - Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999) (ara l-punti 76, 77, 313)
3. Atti tal-istituzzjonijiet - Regoli ta’ mġiba amministrattiva ta’ portata ġenerali - Att intiż sabiex joħloq effetti esterni - Portata (ara l-punt 192)
4. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 251, 252)
5. Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Proporzjonalità - Portata - Setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (Artikoli 40 TFUE u 43 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1169/97, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(5)) (ara l-punti 289-295)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/555/KE, tal-15 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 188, p. 36), sa fejn hija teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika Ellenika fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, tal-uċuħ tar-raba’ li jinħartu, u tal-frott u l-ħxejjex.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/555/KE, tal-15 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), hija annullata, sa fejn din teskludi mill-finanzjament Komunitarju l-infiq imġarrab mir-Repubblika Ellenika għall-ħlas tal-estensifikazzjoni li sar għas-snin 2000 u 2001.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
4)
Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika.
Full & Egal Universal Law Academy