Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2009 – Zuffa vs UASI (ULTIMATE FIGHTING)
(Kawża T-379/05)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ULTIMATE FIGHTING – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 73) (ara l-punti 15-17)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Awwissu 2005 (Każ R 24/2005-1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ULTIMATE FIGHTING bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Zuffa, LLC
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ULTIMATE FIGHTING għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 25, 28 u 41 – Applikazzjoni Nru 2766590
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-8 ta’ Awwissu 2005 (Każ R 24/2005-1), hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy