Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (Is‑Seba’ Awla) tat‑23 ta’ Settembru 2009 – Transnáutica vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑385/05)
“Unjoni doganali – Operazzjonijiet ta’ tranżitu Komunitarju estern – Tagħbija ta’ tabakk u alkoħol etiliku ddestinata lejn pajjiżi terzi – Frodi – Talba għal remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 − Artikolu 905 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 − Klawżola ta’ ekwità − Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari – Garanzija globali”
Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej - Rimbors jew remissjoni ta’ dazji fuq l‑importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Klawżola ta’ ekwità stabbilita permezz tal-Artikolu 905 tar-Regolament Nru 2454/93 - Eżistenza ta’ “sitwazzjoni partikolari” - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 905) (ara l-punti 48-61)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 05/2004, tas-6 ta’ Lulju 2005, li tirrifjuta r-rimbors u r-remissjoni ta’ ċerti dazji doganali.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 05/2004, tas-6 ta’ Lulju 2005, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy