Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (Il‑Ħames Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2009 – ArchiMEDES vs Il‑Kummissjoni
(Kawżi magħquda T‑396/05 u T‑397/05)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt li jirrigwarda proġett ta’ tiġdid ta’ numru ta’ immobbli urbani – Rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa bil-quddiem – Talba għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma rimanenti – Talba inċidentali tal-Kummissjoni – Rikors għal annullament – Deċiżjoni ta’ rkupru – Nota ta’ debitu – Atti ta’ natura kuntrattwali – Inammissibbiltà – Tpaċija ta’djun”
1. Rikors għal annullament – Rikors li fil-verità jirrigwarda kwistjoni ta’ natura kuntrattwali – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja – Inammissibbiltà (Artikoli 230 KE, 238 KE, 240 KE u 249 KE) (ara l-punti 54, 55)
2. Proċedura – Intervent furzat – Talba bbażata fuq il-prinċipji komuni għar-regoli proċedurali tal-Istati Membri – Assenza ta’ lakuna tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-qasam tal-istatus proċedurali ta’ terzi – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 115 u 123) (ara l-punti 70-72)
3. Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt li jagħti sostenn finanzjarju Komunitarju għat-twettiq ta’ proġett ta’ tiġdid ta’ numru ta’ immobbli urbani – Xoljiment unilaterali tal-kuntratt mill-Kummissjoni (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 80-82, 90-99, 103-109, 113-122)
4. Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt li jagħti sostenn finanzjarju Komunitarju għat-twettiq ta’ proġett ta’ tiġdid ta’ numru ta’ immobbli urbani – Xoljiment unilaterali tal-kuntratt mill-Kummissjoni (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 125-134, 137-139)
5. Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Annullament li jista’ jwassal biss għal deċiżjoni ġdida identika fuq il-mertu – Nuqqas ta’ interess (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 140)
Suġġett
– Fil-Kawża T‑396/05, talba għal annnullament ibbażata fuq l-Artikolu 230 KE, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa bil-quddiem fil-kuntest tal-kuntratt tagħha mar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li toġġezzjona għall-kumpens għad-djun;
– fil-Kawża T‑397/05, talba għar-responsabbiltà kuntrattwali bbażata fuq l-Artikolu 238 KE, intiża għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma rimanenti tas-sussidju previst fl-istess kuntratt.
Dispożittiv
1)
Fil-Kawża T‑296/05, ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, peress li huwa indirizzat kontra n-Nota ta’ Debitu Nru 3240705638 u d-deċiżjoni ta’ rkupru li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta’ Awwissu 2005.
2)
Fil-Kawża T‑396/05, ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2005, li timponi fuq Architecture, microclimat, énergies douces – Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) tpaċija tad-djun reċiproċi tagħhom.
3)
Fil-Kawża T‑397/05, ir-rikors huwa miċħud.
4)
Fil-Kawża T‑397/05, ArchiMEDES hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 148 256.86, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata legali ffissata skont il-liġi Franċiża u sakemm jitħallas id-dejn kollu, mingħajr ma din ir-rata titla’ iktar minn 5.5 % fis-sena.
5)
Fil-Kawża T‑396/05, ArchiMEDES hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni, inklużi dawk tal-proċedura għall-miżuri provviżorji fil-Kawża T‑396/05 R.
6)
Fil-Kawża T‑397/05, ArchiMEDES hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedura għal miżuri provviżorji fil-Kawża T‑397/05 R.
Full & Egal Universal Law Academy