Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Novembru 2008 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-404/05)
“Fond ta’ Koeżjoni – Ajruport internazzjonali ta’ Ateni – Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja – Prinċipju ta’ proporzjonalità”
1. Atti tal-istituzzjonijiet - Applikazzjoni ratione temporis - Applikazzjoni immedjata tar-regola l-ġdida (ara l- punt 77)
2. Dritt Komunitarju - Prinċipji - Proporzjonalità - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja f’każ ta’ ksur ta’ obbligi essenzjali - Ammissibbiltà (ara l-punt 89)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3243 finali tal-1 ta’ Settembru 2005, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett Nru 95/09/65/040 (ajruport internazzjonali ġdid ta’ Ateni fi Spata) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (96) 1356 finali tal-24 ta’ Mejju 1996.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy