Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2007 – Annemans vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-411/05)
“Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Trattament ta’ lmenti – Regolament (KE) Nru 773/2004 – Ittra tal-Kummissjoni indirizzata lil-lanjant – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Att preparatorju – Att li ma jistx jiġi kkontestat – Inammissibbiltà"
Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Att li jipproduċi effetti ġuridiċi vinkolanti (Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikolu 7(1) u (2)) (ara l-punti 31-35)
Suġġett
Talba għal annullament ta’ l-allegata deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2005 fil-każ COMP/39.225, dwar l-ilment imressaq quddiem il-Kummissjoni minn Gerolf Annemans, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat [KE] (ĠU 2003, L 1, p.1).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Gerolf Annemans huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy