Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Novembru 2007 – Gateway vs UASI – Fujitsu Siemens Computers (ACTIVY Media Gateway)
(Kawża T-434/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ACTIVY Media Gateway – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Gateway u GATEWAY – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 40/94 – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 50-51)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI, ta’ l-14 ta’ Settembru 2005 (Każ R 1068/2004-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fujitsu Siemens Computers GmbH u Gateway, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Fujitsu Siemens Computers GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Marque ACTIVY Media Gateway għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 38 u 42 – Applikazzjoni Nru 2190627
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Gateway, Inc.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi GATEWAY, GATEWAY 2000, GATEWAY.NET, GATEWAY PROFILE u GATEWAY ASTRO, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37 u 38
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Gateway Inc. Hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
Full & Egal Universal Law Academy