Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ April 2010 – Oxley Threads vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-448/05)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-ħajt għall-industrija tal-karozzi – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Multi – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Kooperazzjoni – Proporzjonalità – Trattament ugwali – Linji gwida dwar il-kalkolu tal-ammont tal‑multi”
1. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal‑ksur – Elementi ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2);Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 31, 34, 37)
2. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Natura dissważiva tal-multa (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punt 61)
3. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Linji gwida adottati mill-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punt 62)
4. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Dħul mill-bejgħ tal-impriża kkonċernata (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1A) (ara l-punti 64-68, 70)
5. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Neċessità li ssir distinzjoni bejn l-impriżi implikati fl-istess ksur skont id-daqs tagħhom – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 96/C 207/04 u 98/C 9/03) (ara l-punt 71)
6. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Trattatament ugwali ta’ impriżi differenti li pparteċipaw f’akkordju (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1A(6)) (ara l-punti 76, 79)
7. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Iffissar tal-multa b’mod proporzjonali mal-elementi ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punt 82)
8. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Impossibbiltà għal impriża li tinvoka l-prinċipju ta’ trattament ugwali sabiex jiġi rrikonoxxut lilha tnaqqis illegali (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punt 87)
9. Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li timponi multi (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punt 91)
10. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għal kooperazzjoni – Evalwazzjoni tal-kwalità u tal-utilità tal-informazzjoni pprovduta (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, punt 2) (ara l-punti 102, 110-115)
11. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għal kooperazzjoni – Neċessità għall-impriża li tikkoopera mal-proċedura amministrattiva fuq il-ksur inkwistjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, punt 2) (ara l-punti 125, 129)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3452, tal-14 ta’ Settembru 2005, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l‑Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.337 – PO/Thread [Ħajt]), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3765, tat-13 ta’ Ottubru 2005, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl‑imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Oxley Threads Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy