Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2007 –
MPDV Mikrolab vs UASI (manufacturing score card)
(Kawża T-459/05)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali manufacturing score card – Raġunijiet assoluti għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni – Karattru deskrittiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunjiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 25-26)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tad-19 ta’ Ottubru 2005 (Każ R 1059/2004-2), dwar talba għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali manufacturing score card bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għal trade mark Komunitarja:
MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali manufacturing score card għal prodotti u servizzi fil-klassi 9, 35 u 42 – Applikazzjoni Nru 3334596
Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy