Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 – JTEKT vs UASI (IFS)
(Kawża T-462/05)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali IFS – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar Regolament Nru (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 25, 31, 39, 40)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal‑UASI tal-14 ta’ Settembru (Każ R 1157/2004-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas‑sinjal verbali IFS bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
JTEKT Corp.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali IFS għall-prodotti fil-klassi 12 – Applikazzjoni Nru 3157492
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Settembru 2005 (Każ R 1157/2004-1) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ JTEKT Corp.
Full & Egal Universal Law Academy