DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Il-Ħames Awla)
14 ta’ Mejju 2007
Kawża T-199/05
Laura Gnemmi
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2003 – Rikors manifestament inammissibli u manifestament nieqes minn kull bażi ġuridika”
Suġġett: Rikors intiż għall-annullament, prinċipalment, tal-proċedura ta’ evalwazzjoni 2003, għal dak li jirrigwarda r-rikorrenti, u b’mod sussidjarju, tar-rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għal din il-proċedura.
Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u, għall-bqija, bħala manifestament nieqes minn kull bażi ġuridika. Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Sommarju
Uffiċjali – Rikors – Invokazzjoni ta’ argumenti identiċi u preżentazzjoni ta’ elementi ta’ prova identiċi jew ta’ l-istess natura bħal dawk ta’ rikorsi oħra preċedentement miċħuda bħala inammissibbli u infondati – Rikors manifestament inammissibbli u infondat
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 111; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)
Full & Egal Universal Law Academy