Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Ġunju 2007 – V vs Il-Parlament
(Kawża T-345/05 R II)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Tneħħija ta’ l-immunità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew – Talba għal sospensioni ta’ l-eżekuzzjoni – Urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ħruġ – Urġenza – “Fumus boni juris” – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha involuti (Artikolu 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16-17)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Ċaħda tat-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 109) (ara l-punti 32-34)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-ħruġ – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 39)
Suġġett
Talba għall-eżami mill-ġdid ta’ l-ewwel talba tar-rikorrent għal miżuri provviżorji, miċħuda permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Marzu 2007, V vs Il-Parlament, T-345/05 R, mhux ippublikat fil-Ġabra.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda
2)
L-ispejjeż huma riżervati.
Full & Egal Universal Law Academy