Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Novembru 2007 – Investire Partecipazioni vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-418/05)
“Rikors għal annullament – FEŻR – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji (Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikolu 24) (ara l-punti 32, 33, 35 u 36)
Suġġett
Talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu f’żewġ ittri tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni “Politika Reġjonali” tal-11 u tat-23 ta’ Awwissu 2005, mibgħuta lir-Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika Taljana għall-Unjoni Ewropea u li jirrigwardaw l-ineliġibbiltà, għall-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, ta’ miżura prevista mid-dokument ta’ programmar individwali għall-perijodu bejn l-1997 u l-1999 relattiv għar-reġjun ta’ Piemonte (l-Italja) taħt l-Obbjettiv 2.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Investire Partecipazioni SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy