Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2007 – Sumitomo Chemical Agro Europe u Philagro Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-454/05)
“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva procymidone – Direttiva 91/414/KEE – Rikors għal annullament – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Rikors għad-danni – Inammissibbiltà – Rikors manifestament infondat”
1. Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Komunitarja (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 53)
2. Rikors għad-danni – Awtonomija fir-rigward tar-rikors għal annullament u tar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni (Artikoli 230 KE, 235 KE u t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 70-72)
3. Rikors għad-danni – Teħid ta’ pożizzjoni provviżorja mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ inklużjoni ta’ sustanza attiva ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 (it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288(2) KE; Direttiva tal-Kunsill 91/414) (ara l-punti 73, 77-81)
Suġġett
Fl-ewwel lok u prinċipalment, talba għall-annullament ta’ l-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza attiva procymidone skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1) u, fit-tieni lok u sussidjarjament fir-rigward tar-rikors għal annullament, rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset, b’mod illegali, milli tadotta l-miżuri mitluba minn Sumitomo Chemical Agro Europe SAS u s-sussidjarji tagħha f’ittra tal-5 ta’ Settembru 2005 u, fit-tielet lok, rikors għad-danni bil-għan li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti, prinċipalment, minħabba l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ l-allegata deċiżjoni li tinsab fl-ittra ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005 u, sussidjarjament, minħabba n-nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri mitluba fl-ittra tal-5 ta’ Settembru 2005.
Dispożittiv
1)
M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward tar-rikors għal annullament u tar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni.
2)
Ir-rikors għad-danni huwa miċħud bħala inammissibbli peress li l-għan tiegħu huwa li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minn Sumitomo Chemical Agro Europe SAS u Philagro France SAS minħabba l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ l-allegata deċiżjoni li tinsab fl-ittra ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005.
3)
Ir-rikors għad-danni huwa miċħud bħala manifestament infondat skond il-liġi peress li l-għan tiegħu huwa li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minn Sumitomo Chemical Agro Europe SAS u Philagro France SAS minħabba nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri mitluba minn Sumitomo Chemical Agro Europe u s-sussidjarji tagħha fl-ittra tal-5 ta’ Settembru 2005.
4)
Sumitomo Chemical Agro Europe SAS u Philagro France SAS għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy