Digriet tal‑President tal‑Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2010 – Il‑Portugall vs Transnáutica u Il-Kummissjoni
(Kawża T‑385/05 TO R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Unjoni doganali – Oppożizzjoni minn terzi – Sentenza tal-Qorti Ġenerali – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ksur tar‑rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-adozzjoni tal-miżuri mitluba (Artikolu 279 TFUE; Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punti 11, 13)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 11-15, 17-21)
Suġġett
Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ oppożizzjoni minn terzi, tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-23 ta’ Settembru 2009, Transnáutica vs Il‑Kummissjoni (T‑385/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy