Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2010 – Il‑Portugall vs Transnáutica u Il-Kummissjoni
(Kawża T-385/05 TO)
“Oppożizzjoni minn terzi – Possibbiltà għal terz li jopponi li jipparteċipa fil-kawża prinċipali – Nuqqas ta’ ħsara għad-drittijiet ta’ terz li jopponi – Inammissibbiltà”
1. Proċedura - Oppożizzjoni minn terzi - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Kwalità ta’ terz (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 42 u 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 24(6) u 123(1)(ċ)) (ara l-punti 15-18)
2. Proċedura - Oppożizzjoni minn terzi - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Ħsara għad-drittijiet ta’ terz li jopponi (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 42 u 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 123(1)(b)) (ara l-punti 25-28)
Suġġett
Talba għal oppożizzjoni minn terzi kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-23 ta’ Settembru 2009, Transnáutica vs Il‑Kummissjoni (T-385/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra).
Dispożittiv
1)
It-talba għal oppożizzjoni minn terzi hija miċħuda bħala inammissibbli.
2)
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Transnáutica – Transportes e Navegação, SA, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy