29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Willy Kempter KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-2/06) (1)
(Esportazzjoni ta' ifrat - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Deċiżjoni amministrattiva finali - Interpretazzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Effett ta' sentenza preliminari mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja wara din id-deċiżjoni - Eżami mill-ġdid u revoka - Limiti temporali - Ċertezza legali - Prinċipju ta' kooperazzjoni - Artikolu 10 KE)
(2008/C 79/03)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Willy Kempter KG
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 10 tat-Trattat KE, kif interpretat mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Jannar 2004, fil-kawża C-453/00, Kühne & Heitz — Eżami mill-ġdid u rettifika minn korp amministrattiv tad-deċiżjoni tiegħu, li saret finali, sabiex tittieħed in kunsiderazzjoni l-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni Komunitarja applikabbli, mogħtija sadanittant minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm id-destinatarju tad-deċiżjoni ma kienx invoka l-ksur ta' din id-dispożizzjoni fir-rikors ġudizzjarju inizjali, u ressaq it-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid biss wara 21 xahar minn meta ngħatat din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Fil-kuntest ta' proċedura quddiem korp amministrattiv intiża għall-eżami mill-ġdid ta' deċiżjoni amministrattiva li saret finali bis-saħħa ta' sentenza mogħtija minn qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, billi din is-sentenza hija, fid-dawl ta' ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sussegwenti għal din, ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dritt Komunitarju, dan id-dritt ma jimponix li r-rikorrent fil-kawża prinċipali jkun invoka d-dritt Komunitarju fil-kuntest tar-rikors ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali li huwa ressaq kontra din id-deċiżjoni.
2)
Id-dritt Komunitarju ma jimponi l-ebda limitu fiż-żmien sabiex tiġi ppreżentata talba intiża għall-eżami mill-ġdid ta' deċiżjoni amministrattiva li saret finali. Madankollu l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jiffissaw termini raġonevoli li fihom jista' jitressaq rikors, skond il-prinċipji Komunitarji ta' effettività u ta' ekwivalenza.
(1) ĠU C 60, 11.3.2006.
Full & Egal Universal Law Academy