8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 Novembru 2007 — Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika Franċiża
(Kawża C-6/06 P) (1)
(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Prinċipji ta' stabbiltà relattiva, ċertezza legali u aspettattivi leġittimi - Ammissibbiltà - Appell in parti infondat u in parti ammissibbli - Appell inċidentali - Talba għat-tħassir ta' parti mis-sentenza tal-Prim'Istanza fejn iddikjarat li mhux meħtieġ li tiddeċiedi fuq eċċezzjoni ta' inammissibbiltà mqajma fil-konfront ta' rikors li ġie miċħud bħala infondat - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Res judicata)
(2008/C 64/05)
Lingwa tal-proċedura: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et (rappreżentant: M. Troncoso Ferrer, abogado)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u M. Balta, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent) u r-Repubblika Franċiża
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (It-Tielet Awla) tad-19 ta' Ottubru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill għat-trasferiment lir-Repubblika Franċiża ta' parti mill-kwota ta' sajd ta' l-inċova allokata lir-Repubblika Portugiża
Dispożittiv
1)
L-appell prinċipali, imressaq mill-Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo u r-rikorrenti l-oħrajn, li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Novembru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03), huwa miċħud.
2)
L-appell inċidentali, imressaq mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, huwa miċħud.
3)
Il-Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo u r-rikorrent l-oħrajn, li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Novembru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03) u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jbatu l-ispejjeż tagħhom.
4)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 60, 11.3.2006.
Full & Egal Universal Law Academy