26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Anna Herrero Romeu vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-8/06 P) (1)
(Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta' “xogħol li sar [għal] Stat ieħor’)
(2008/C 22/09)
Lingwa tal-proċedura: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Anna Herrero Romeu (rappreżentanti: J.-R. García-Gallardo Gil-Fournier, D. Domínguez Pérez, A. Sayagués Torres, abogados)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, J. Rivas Andrés u M. Canal, abogados)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Ottubru 2005, Herrero Romeu vs Il-Kummissjoni (T-298/02), li tiċħad rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Ġunju 2002 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-għoti tal-benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll tal-benefiċċji marbuta miegħu
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Is-Sinjura Herrero Romeu għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 60, 11.3.2006.
Full & Egal Universal Law Academy