26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Tomás Salazar Brier vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-9/06 P) (1)
(Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta' “xogħol li sar għal-Stat ieħor’)
(2008/C 22/10)
Lingwa tal-proċedura: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Tomás Salazar Brier [rappreżentanti: R. García-Gallardo Gil-Fournier, D. Domínguez Pérez u A. Sayagués Torres, abogados]
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall, aġent, J. Gutiérrez Gisbert, J. Rivas Andrés u M. Canal, abogados]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Ottubru 2005, Salazar Brier vs Il-Kummissjoni (T-83/03), li tiċħad rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li, impliċitament, tiċħad it-talba tar-rikorrent ta' l-24 ta' Frar 2003 u, espressament, tiċħad it-talba tiegħu ta' l-24 ta' Marzu 2003, li tirrifjutalu l-benefiċċju ta' l-allowance ta' l-espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll ta' l-allowances marbuta miegħu
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Is-Sur Salazar Brier għandu jbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 60, 11.3.2006.
Full & Egal Universal Law Academy