26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Rafael de Bustamente Tello vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-10/06 P) (1)
(Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti - Kunċett ta' “xogħol li sar [għal] Stat ieħor’)
(2008/C 22/11)
Lingwa tal-proċedura: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Rafael de Bustamante Tello (rappreżentanti: R.García-Gallardo, D. Domínguez Pérez u A. Sayagués Torres, abogados)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Sims u D. Canga Fano, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Ottubru 2005, De Bustamante Tello vs Il-Kunsill (T-368/03), li tiċħad rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Lulju 2003 li tiċħad l-għoti tal-benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll tal-benefiċċji marbuta miegħu
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
Is-Sur Bastamente Tello għandu jbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 60, 11.3.2006.
Full & Egal Universal Law Academy