21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 — Les Éditions Albert René SARL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Orange A/S
(Kawża C-16/06 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 8 u 63 - Trade mark verbali MOBILIX - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja u nazzjonali OBELIX - Oppożizzjoni miċħuda parzjalment - Reformatio in pejus - Teorija magħrufa bħala t-teorija “ta' newtralizzazzjoni’ - Bdil fis-suġġett tal-kawża - Dokumenti annessi mar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza bħala prova ġdida)
(2009/C 44/03)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Les Éditions Albert René SARL (rappreżentant: J. Pagenberg, avukat)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Orange A/S (rappreżentant: J. Balling, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tas-27 ta' Ottubru 2005, Editions Albert René vs UASI u Orange (MOBILIX) (T-336/03) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għal annullament imressaq mill-propjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja u nazzjonali “OBELIX” għal ċerti prodotti u servizzi kklassifikati fost oħrajn fil-klassijiet 9, 16, 28, 35, 41 u 42 kontra d-Deċiżjoni R 559/2002-4 tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta' Lulju 2003, li tiċħad b'mod parzjali r-rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta l-oppożizzjoni magħmula kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “MOBILIX” għal ċerti prodotti u servizzi kklassifikati fil-klassijiet 9, 16, 35, 37, 38 u 42
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Les Éditions Albert René Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 143, 17.6.2006.
Full & Egal Universal Law Academy