15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-39/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Sussidji għall-investiment u għall-impjiegi - Obbligu ta' rkupru - Nuqqas ta' eżekuzzjoni - Prinċipju tal-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi)
(2008/C 209/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u T. Scharf, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 249 KE u ta' l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/643/KE, tat-13 ta' Mejju 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lil Kahla Porzellan GmbH u Kahla/Thüringen Porzellan GmbH [notifikata taħt in-numru C(2003) 1520; Għajnuna Nru C-62/00, ex NN 142/99] (ĠU L 227, p. 12) — Nuqqas milli tadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex tiġi rkuprata għajnuna li kienet ġiet iddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi rkuprata ċertu għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 1(2)(d) u (g) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2002, hekk kif tinsab fid-Deċiżjoni 2003/643/KE, tat-13 ta' Mejju 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lil Kahla Porzellan GmbH u Kahla/Thüringen Porzellan GmbH, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikoli 1 sa 3 ta' din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 60, 11.3.2006.
Full & Egal Universal Law Academy