23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Dicembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — Il-Portugall) — Fazenda Pública — Director Geral das Alfândegas vs ZF Zefeser — Importação e Exportação de Produtos Alimentares Lda
(Kawża C-62/06) (1)
(Regolament (KEE) Nru 1697/79 - Artikolu 3 - Irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni - Att li jista' jagħti lok għal proċeduri f'qorti kriminali - Awtorità kompetenti biex tikklassifika l-att)
(2008/C 51/19)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fazenda Pública — Director Geral das Alfândegas
Konvenuta: ZF Zefeser — Importação e Exportação de Produtos Alimentares Lda
Fil-preżenza ta': Ministério Público
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1697/97 ta' l-24 ta' Lulju 1979 dwar l-irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni jew ta' dażji fuq l-esportazzjoni li ma kinux intalbu mill-persuna responsabbli għall-ħlas tagħhom fir-rigward ta' merkanzija ddikjarata fi proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu li jitħallsu dawn id-dazji (ĠU L 197, p. 1) — “Att li jista' jagħti lok għal proċeduri f'qorti kriminali” — Kunċett u klassifikazzjoni
Dispożittiv
Il-klassifikazzjoni ta' att bħala “att li jista' jagħti lok għal proċeduri f'qorti kriminali” fis-sens ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1697/79 ta' l-24 ta' Lulju 1979 dwar l-irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni jew ta' dazji fuq l-esportazzjoni li ma kinux intalbu mill-persuna responsabbli għall-ħlas tagħhom fir-rigward ta' merkanzija ddikjarata fi proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu li jitħallsu dawn id-dazji, taqa' fil-kompetenza ta' l-awtoritajiet doganali li għandhom jiddeterminaw l-ammont eżatt tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni in kwistjoni.
(1) ĠU C 86, 8.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy