10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-66/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta' proġetti fuq l-ambjent - Awtorizzazzjonijiet mogħtija mingħajr stima)
(2009/C 6/02)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Simonetti, X. Lewis, aġenti, F. Louis, avukat, C. O'Daly, solicitor)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O'Hagan, J. Connolly u G. Simons, aġenti)
Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja, (rappreżentanti: E. Ośniecka-Tamecka, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2(1) u 4(2), (3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p.40), kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997 (ĠU L 73, p.5) — Awtorizzazzjonijiet mogħtija mingħajr stima
Dispożittiv
1)
Meta ma adottatx, skont l-Artikoli 2(1) u 4(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE, tat-3 ta' Marzu 1997, id-dispożizzjonijiet neċessarjI kollha sabiex, qabel l-għoti ta' awtorizzazzjoni, il-proġetti li jista' jkollhom effetti konsiderevoli fuq l-ambjent u li jaqgħtu taħt il-kategoriji ta' proġetti msemmijin fil-punt 1(a) sa (ċ) u (f) tal-Anness II ta' din id-direttiva jiġu suġġetti għal proċedura ta' awtorizzazzjoni u għal evalwazzjoni tal-effetti tagħhom f'dan ir-rigward, b'mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10 tal-imsemmija direttiva, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din l-istess direttiva.
2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
3)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 108, 6.5.2006.
Full & Egal Universal Law Academy