8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-70/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas - Nuqqas ta' eżekuzzjoni - Penalità pekunjarja)
(2008/C 64/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: X. Lewis, A. Caeiros u P. Andrade, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża [rappreżentanti: L. Fernandes, P. Fragoso Martins u J. A. de Oliveira, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas ta' eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-14 ta' Ottubru 2004 fil-kawża C-275/03 — Traspożizzjoni żbaljata tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni fl-għoti ta' kuntratti pubbliċi għall-provvista ta' fornituri u ta' xogħlijiet (ĠU L 395, p. 33) — Talba sabiex tiġi stabbilita penali.
Dispożittiv
1)
Billi ma abrogatx id-Digriet Leġiżlattiv Nru 48 051, tal-21 ta' Novembru 1967, li jissuġġetta l-għoti ta' kumpens lill-persuni li sofrew ħsara minħabba ksur tad-dritt Komunitarju dwar il-kuntratti pubbliċi, jew tal-liġijiet nazzjonali li jimplementawh, għall-prova ta' ħtija jew aġir intenzjonat, ir-Repubblika Portugiża ma ħaditx il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza ta' l-14 ta' Ottubru 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-275/03), u naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 228(1) KE.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fil-kont “Riżorsi proprji ta' Komunità Ewropea”, penalità ta' EUR 19 392 kull jum ta' dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex ikkonforma ruħha mas-sentenza ta' l-14 ta' Ottubru 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, iċċitata iktar 'il fuq, mid-data tal-preżenti sentenza sa' l-eżekuzzjoni ta' l-imsemmija sentenza ta' l-14 ta' Ottubru 2004.
3)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 8.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy