24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal des affaires de sécurité sociale de Paris, Franza) — Philippe Derouin vs Union pour le Recouvrement des Cotisations de Sécurité Sociale et d'Allocations Familiales de Paris — Région parisienne (Urssaf)
(Kawża C-103/06) (1)
(Sigurtà soċjali tal-ħaddiema emigranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Persuni li jaħdmu għal rashom li jirrisjedu u li jeżerċitaw attività fi Franza - Kontribuzzjoni soċjali ġeneralizzata - Kontribuzzjoni għall-fidi tad-dejn soċjali - Teħid in kunsiderazzjoni ta' dħul magħmul fi Stat Membru ieħor u suġġett hemmhekk għat-taxxa skond konvenzjoni għall-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja)
(2008/C 128/05)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal des affaires de sécurité sociale de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Philippe Derouin
Konvenuta: Union pour le Recouvrement des Cotisations de Sécurité Sociale et d'Allocations Familiales de Paris — Région parisienne (Urssaf)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal des affaires de sécurité sociale de Paris — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, (ĠU L 149, p. 2), kif emendat u aġġornat mir-Regolament tal-Kunsill Nru 2001/83/KEE, tat-2 ta' Ġunju 1983 (ĠU L 230, p. 6) — Teħid in kunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-“kontribuzzjoni soċjali ġeneralizzata” u tal-“kontribuzzjoni għall-fidi tad-dejn soċjali” dovuti minn persuna li taħdem għal rasha suġġett għal-leġiżlazzjoni soċjali Franċiża tad-dħul magħmul fi Stat Membru ieħor u taxxabbli f'dan l-Istat bl-applikazzjoni ta' konvenzjoni għall-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja.
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999 tat-8 ta' Frar 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru, li l-leġiżlazzjoni soċjali tiegħu biss hi applikabbli għal ħaddiem residenti li jaħdem għal rasu, milli jeskludi mill-bażi tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet bħall-kontribuzzjoni soċjali ġeneralizzata u l-kontribuzzjoni għall-fidi tad-dejn soċjali, id-dħul magħmul mill-imsemmi ħaddiem fi Stat Membru ieħor, b'mod partikolari permezz ta' konvenzjoni għall-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja fil-qasam tat-taxxi fuq id-dħul.
(1) ĠU C 108, 6.5.2006.
Full & Egal Universal Law Academy