26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-119/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ksur tad-Direttiva 92/50/KEE relata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Għoti ta' kuntratt mingħajr sejħa għal offerti - Għoti ta' servizzi ta' transport sanitarju)
(2008/C 22/13)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u D. Recchia, aġenti, M. Mollica, avukat)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. Fiengo u S. Varone, avukati)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 11, 15 u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' servizzi (ĠU L 209, p.1) — Għoti ta' kuntratt mingħajr pubblikazzjoni ta' l-avviż xieraq — Għoti ta' servizzi ta' trasport sanitarju fit-Toscana.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 131, 3.6.2006.
Full & Egal Universal Law Academy