9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Infront WM AG, li qabel kienet KirchMedia WM AG, Ir-Repubblika ta' Franza, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-125/06) (1)
(Appell - Direttiva 89/552/KEE - Xandir televiżiv - Rikors għal annullament - Artikolu 230(4) KE - Kunċett ta' deċiżjoni li tikkonċerna “direttament u individwalment’ lil persuna fiżika jew legali)
(2008/C 116/06)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Banks u M. Huttunen, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Infront WM AG, li qabel kienet KirchMedia WM AG, (rappreżentant, M. Garcia, Solicitor), Ir-Repubblika ta' Franza, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża) tal-15 ta' Diċembru 2005, Infront WM vs Il-Kummissjoni (T-33/01) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda skond l-Artikolu 3A(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KE, tat-3 ta' Ottubru 1989, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni ċertu miżuri meħuda mir-Renju Unit dwar restrizzjonijiet f'dak li jirrigwarda xandir televiżiv ta' sensiela ta' avvenimenti sportivi u ta' avvenimenti oħra li huma ta' interess fuq livell nazzjonali — Kunċett ta' “direttament u individwalment ikkonċernat” skond l-Artikolu 230 KE
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 108, 6.5.2006.
Full & Egal Universal Law Academy