12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — International Mail Spain SL vs Administración del Estado, Correos
(Kawża C-162/06) (1)
(Direttiva 97/67/KE - Regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali - Liberalizzazzjoni tas-servizzi postali - Possibbiltà li posta transkonfinali taqa' taħt fornitur ta' servizz postali universali “safejn dan hu meħtieġ sabiex jinżamm is-servizz universali’)
(2008/C 8/06)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: International Mail Spain SL
Konvenuti: Administración del Estado, Correos
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 97/67/KE tal-15 ta' Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, fil-verżjoni tagħha qabel l-emenda introdotta mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/39/KE ta' l-10 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 15, p. 14) — Servizzi postali li jaqa' taħt fornituri ta' servizz universali — Korrispondenza transkonfinali — Kriterji ta' evalwazzjoni — Teħid in kunsiderazzjoni biss tal-preġudizzju għall-ekwilibriju finanzjarju tal-fornitur tas-servizz universali
Dispożittiv
L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 97/67/KE tal-15 ta' Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri jirriżervaw il-posta transkonfinali għal fornitur ta' servizz postali universali biss safejn jiġi stabbilit
—
li, fin-nuqqas ta' din ir-riżerva, tintilef il-kisba ta' dan is-servizz universali, jew
—
li din ir-riżerva hija meħtieġa sabiex dan is-servizz ikun jista' jinkiseb taħt kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli.
(1) ĠU C 143, 17.6.2006.
Full & Egal Universal Law Academy