24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-166/07) (1)
(Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 1968/2006 - Kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda - Għażla tal-bażi legali)
2009/C 256/03
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Klavina, L. Visaggio u A. Troupiotis, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Moore, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti), l-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer, aġent u D. W. Anderson QC, barrister)
Suġġett
Annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1968/2006, tal-21 ta’ Diċembru 2006, dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) (ĠU L 409, p. 81 u — corrigendum — ĠU 2007, L 36, p. 31) — Għażla tal-bażi legali — Artikolu 308 KE (Konsultazzjoni tal-Parlament/Unanimità fil-Kunsill) — Tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali — Azzjonijiet speċifiki neċessarji sabiex jissuplimentaw dawk adottati fil-kuntest tal-Fondi Strutturali — Konsolidazzjoni tal-proċess ta’ paċi fl-Irlanda ta’ Fuq — Artikolu 159 KE (Proċedura ta’ kodeċiżjoni)
Dispożittiv
(1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1968/2006, tal-21 ta’ Diċembru 2006, dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) huwa annullat.
(2)
L-effetti tar-Regolament Nru 1968/2006 għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli, ta’ regolament ġdid adottat fuq bażi legali xierqa.
(3)
L-annullament tar-Regolament Nru 1968/2006 ma jaffettwa la l-validità tal-ħlasijiet magħmula u lanqas dik tal-impenji meħuda abbażi tal-imsemmi regolament.
(4)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(5)
L-Irlanda, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 155, 07.07.2007.
Full & Egal Universal Law Academy