26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH, Stadtwerke Uelzen GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, E.ON Kernkraft GmbH, RWE Power AG, EnBW Energie Baden-Württemberg AG, Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH, li qabel kienet Hamburgische Electricitäts-WerkeAG
(Kawża C-176/06 P) (1)
(Appell - Għajnuna allegatament mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil ċentri nukleari - Riżervi għall-għeluq ta' ċentri u għall-eliminazzjoni ta' skart radjuattiv - Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza - Motiv ta' ordni pubblika)
(2008/C 22/14)
Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH, Stadtwerke Uelzen GmbH (rappreżentanti: D. Fouquet u P. Becker, Rechtsanwälte)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Kreuschitz, aġent), E.ON Kernkraft GmbH, RWE Power AG, EnBW Energie Baden-Württemberg AG, Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH, li qabel kienet Hamburgische Electricitäts-WerkeAG (rappreżentanti: U. Karpenstein u D. Sellner, Rechtsanwälte)
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-26 ta' Jannar 2006, Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH et vs Il-Kummissjoni (T-92/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2001)3967 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Diċembru 2001, li tikkonstata li l-iskema Ġermaniża ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' riżervi stabbiliti miċ-ċentri nukleari għall-finijiet ta' l-eliminazzjoni ta' l-iskart radjuattiv tagħhom u ta' l-għeluq definittiv ta' l-impjanti tagħhom ma tammontax għal għajnuna mogħtija mill-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 87(1) KE — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja fis-sens ta' l-Artikolu 88(2) KE f'każ ta' diffikultà ta' evalwazzjoni jew ta' dubju
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta' Jannar 2006, Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH et vs Il-Kummissjoni (T-92/02) hija annullata.
2)
Ir-rikors ippreżentat minn Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH u Stadtwerke Uelzen GmbH quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2001)3967 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Diċembru 2001, li tikkonstata li l-iskema Ġermaniża ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' riżervi stabbiliti miċ-ċentri nukleari għall-finijiet ta' l-eliminazzjoni ta' l-iskart radjuattiv tagħhom u ta' l-għeluq definittiv ta' l-impjanti tagħhom ma tammontax għal għajnuna mogħtija mill-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 87(1) KE huwa miċħud bħala inammissibbli.
3)
Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH u Stadtwerke Uelzen GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
(1) ĠU C 131, 3.6.2002.
Full & Egal Universal Law Academy