4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Mejju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht Wien — L-Awstrija) — Renate Ilsinger vs Martin Dreschers, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Schlank & Schick GmbH)
(Kawża C-180/06) (1)
(Ġurisdizzjoni f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumatur - Dritt tal-konsumatur destinatarju ta’ reklamar qarrieqi li jinvoka fil-qorti premju fid-deher mirbuħ - Kwalifika - Azzjoni ta’ natura kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 15(1)(ċ) tal-imsemmi regolament - Kundizzjonijiet)
2009/C 153/05
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Renate Ilsinger
Konvenuta: Martin Dreschers, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Schlank & Schick GmbH)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Wien — Intepretazzjoni tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001, L 12, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi li tipprevedi dritt għal premju allegatament mirbuħ mid-destinatarju ta’ reklamar qarrieqi
Dispożittiv
F’sitwazzjoni bħal din inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha konsumatur jitlob li tiġi kkundannata, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandu d-domiċilju tiegħu u quddiem il-qorti tal-post fejn huwa jinsab, kumpannija ta’ bejgħ b’korrispondenza, stabbilita fi Stat Membru ieħor, għall-ħlas tal-premju fid-deher mirbuħ minnu, u
—
meta din il-kumpannija, bil-għan li tħeġġeġ lill-konsumatur li jikkuntratta, tkun bagħtitlu, b’ismu, ittra tali li tagħtih l-impressjoni li jingħata premju meta jitlob il-ħlas billi jibgħat lura ċ-“ċertifikat ta’ talba għal premju” anness mal-imsemmija ittra,
—
iżda mingħajr ma l-għoti ta’ dan il-premju jkun jiddependi minn ordni ta’ prodotti offerti għall-bejgħ minn din il kumpannmija jew minn ordni bi prova,
ir-regoli tal-ġurisdizzjoni stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandhom jiġu interpretati bil-mod kif ġej:
—
din il-kawża ppreżentata mill-konsumatur taqa’ taħt l-Artikolu 15(1)(ċ) tal-imsemmi regolament bil-kundizzjoni li l-bejjiegħ professjonali ikun legalment marbut li jħallas dan il-premju lill konsumatur;
—
meta din il-kundizzjoni ma tkunx issodisfatta, din il-kawża taqa’ taħt l-istess dispożizzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 biss fil-każ fejn il-konsumatur jkun ta ordni lil dan il-bejjiegħ professjonali.
(1) ĠU C 165, 15.7.2006
Full & Egal Universal Law Academy