23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-184/06) (1)
(Sajd - Regolament (KE) Nru 51/2006 - Allokazzjoni tal-kwoti tal-qabdiet tal-ħut bejn l-Istati Membri - Att ta' Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja - Tmiem tal-perijodu tranżitorju - Eżiġenza ta' stabbiltà relattiva - Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni - Opportunitajiet ġodda ta' sajd)
(2008/C 51/22)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. De Gregorio Merino u A.. Westerhof Löfflerova, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. van Rijn u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006, tat-22 ta' Diċembru 2005, li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma' certi ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn huma meħtiega l-limitazzjonijiet tal-qbid (ĠU L 16, p. 1) — Diskriminazzjoni — Applikazzjoni ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, ta' l-20 ta' Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, p. 59)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 154, 1.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy