23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-186/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni ta' għasafar selvaġġi - Żona tas-saqwi tal-kanal Segarra-Garrigues (Lérida))
(2008/C 51/23)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 2, 3, 4(1) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) — Proġett ta' tisqija taż-żona tas-saqwi tal-kanal Segarra-Garrigues (Lérida)
Dispożittiv
1)
Billi awtorizza l-proġett ta' tisqija taż-żona tas-saqwi tal-kanal Segarra-Garrigues, fil-provinċja ta' Lérida, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu skond l-ewwel frażi ta' l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, u li jieħu passi xierqa sabiex jevita, fiż-żoni affettwati minn dan il-proġett, li kellhom jiġu kklassifikati bħala żoni ta' protezzjoni speċjali, l-effetti dannużi pprojbiti.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 154, 1.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy