12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-201/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti - Importazzjonijiet paralleli - Proċedura ta' awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq - Kundizzjonijiet - Oriġini komuni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti importat b'mod parallel u tal-prodott ta' referenza)
(2008/C 92/05)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u R. Loosli-Surrans, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentant: H. G. Sevenster, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 28 KE — Eżiġenza ta' oriġini komuni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti importat b'mod parallel u tal-prodott ta' referenza
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
3)
Ir-Renju ta' l-Olanda għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 165, 15.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy