23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Diċembru 2007 — Cementbouw Handel & Industrie BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-202/06 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Regolament (KEE) Nru 4064/89 - Kompetenza tal-Kummissjoni - Notifika ta' konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja - Impenji proposti mill-partijiet - Effett fuq il-kompetenza tal-Kummissjoni - Awtorizzazzjoni suġġetta għar-rispett ta' ċerti impenji - Prinċipju ta' proporzjonalità)
(2008/C 51/24)
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cementbouw Handel & Industrie BV (rappreżentanti: W. Knibbeler, O. W. Brouwer u P.J. Kreijger, advocaten)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Gippini Fournier, A. Nijenhuis u A. Whelan, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża) tat-23 ta' Frar 2006, Cementbouw Handel & Industrie vs Il-Kummissjoni (T-282/02), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 2351 finali, tas-26 ta' Ġunju 2002, dwar proċedura ta' applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 — Haniel/Cementbouw/JV [CVK], li tiddikjara bħala kompattibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE il-konċentrazzjoni intiża għall-akkwist tal-kontroll magħqud tal-kumpannija kooperattiva CVK minn Franz Haniel & Cie GmbH u Cementbouw Handel & Industrie BV bil-kundizzjoni li ċerti impennji jiġu mħarsa sabiex tiġi korretta s-sitwazzjoni ta' pożizzjoni dominanti li nħolqot fis-suq Olandiż tal-materjali ta' kostruzzjoni ta' ħitan li jerfgħu t-toqol — Interpretazzjoni żbaljata ta' l-Artikoli 1, 2 u 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 4064/89 (KEE), tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 395, p. 1) u ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1310/97 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 4064/89 (ĠU L 180, p. 1) — Ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Cementbouw Handel & Industrie BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 178, 29.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy