1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-3 ta' Marzu 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-205/06) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur t-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE - Nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri opportuni sabiex jitneħħew l-inkompatibbiltajiet bejn il-ftehim bilaterali konklużi ma’ pajjiżi terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea u t-Trattat KE - Ftehim konklużi mir-Repubblika tal-Awstrija, mar-Repubblika tal-Korea, ir-Repubblika ta’ Cape Verde, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Malażja, il-Federazzjoni tar-Russja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qasam ta’ investimenti)
2009/C 102/02
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: H. Støvlbæk, B. Martenczuk u C. Tufvesson, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija [rappreżentanti: C. Pesendorfer u G. Thallinger, aġenti]
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u. C. Blaschke, aġenti), ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent), ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: J. Fazekas, K. Szíjjártó u M. Fehér, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A. Guimaraes-Purokoski u J. Heliskoski, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 307(2) KE – Nuqqas milli jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jelimina l-inkompatibbiltajiet bejn ftehim bilaterali konklużi ma’ pajjiżi terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru fil-Komunitajiet u t-Trattat KE – Ftehim bilaterali konklużi mir-Repubblika tal-Awstrija mar-Repubblika tal-Korea, il-Cape Verde, iċ-Ċina, il-Malażja, il-Federazzjoni tar-Russja u t-Turkija fil-qasam tal-investimenti
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tirrikorri għall-mezzi xierqa sabiex telimina l-inkompatibbiltajiet relatati mad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ trasferiment ta’ kapital li jinsabu fil-ftehim ta’ investimenti konklużi mar-Repubblika tal-Awstrija mar-Repubblika tal-Korea, ir-Repubblika ta’ Cape Verde, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Malażja, il-Federazzjoni tar-Russja u r-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE.
2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 165, 15.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy