8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 — Herta Adam vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-211/06 P) (1)
(Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance ta' l-espatrijazzjoni - Kundizzjoni msemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta' “xogħol li sar fi [għal] Stat ieħor’)
(2008/C 64/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Herta Adam [rappreżentanti: S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati]
Part oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall u L. Lozano Palacios, aġenti]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Frar 2006, Herta Adam vs Il-Kummissjoni (T-342/04) li tiċħad rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Settembru 2003 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' l-allowance ta' l-espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
H. Adam hi kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 15.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy