19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-226/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/391/KEE - Miżuri intiżi sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol - Artikoli 2, 10(1) kif ukoll 12(3) u (4) - Traspożizzjoni mhux konformi)
(2008/C 183/02)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u I. Kaufmann-Bühler, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u C. Bergeot-Nunes, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu ma' l-Artikoli 2, 10(1) u 12(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta' Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, p. 1)
Dispożittiv
1)
Billi m'adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonjiet amministrattivi neċessarji kkollha sabiex tikkonforma ruħha ma' l-Artikoli 2, 10(1) kif ukoll 12(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta' Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 15.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy