9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-227/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Miżuri b'effett ekwivalenti - Prodotti għall-bini - Direttiva 89/106/KEE - Nuqqas ta' armonizzazzjoni tal-liġijiet - Marki tal-konformità nazzjonali - Preżunzjoni ta' konformità)
(2008/C 116/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u B. Stromsky, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Wimmer, A. Hubert, L. Van den Broeck, aġenti u F. de Montpellier u G. Block, avukati)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 28 u 30 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga de facto lill-operaturi ekonomiċi li jixtiequ jikkummerċjalizzaw, fil-Belġju, prodotti għall-bini legalment prodotti u/jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor, jiksbu marki tal-konformità Belġjani għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn il-prodotti fil-Belġju.
Dispożittiv
1)
Billi jinkoraġġixxi lill-operaturi ekonomici li jixtiequ jikkumerċjalizzaw, fil-Belġju, prodotti għall-bini legalment prodotti u/jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor sabiex jiksbu l-marki tal-konformita' Belġjani, ir-Renju Belġjan naqas mill-obbligu tiegħu skond l-Artikoli 28 KE u 30 KE.
2)
Ir-Renju tal-Belgju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 15.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy